Rebħa oħra għall-koppja Maltija f’kompetizzjoni taż-żfin
Source: https://www.tvm.com.mt/mt/sports/rebha-ohra-ghall-koppja-maltija-fkompetizzjoni-taz-zfin/
Fi tmiem il-ġimgha li għaddiet, il-koppja Maltija Jean-Claude Dimech u Karina Micallef li jiffurmaw parti mill-iskola Jean Claude’s Je Danse, ħadu sehem f’kompetizzjoni oħra taż-żfin din id-darba f’Imola. Fiċ-ċirkwiet Low Cost Social din id-darba Jean-Claude u Karina rebħu l-ewwel post fil-kateogrija Klassi D fid-dixxiplini tal-Latin American u Standard (Ballroom) u it-tieni fil-kategorija Klassi C u l-ewwel post fil-kategorija Klassi C Latin American fis-sezzjoni 34/44 riservata għall-adulti.