Iż-żeffiena Jean Claude u Karina Micallef jagħlqu l-istaġun b’suċċess

ż-żeffiena Jean Claude u Karina Micallef jagħlqu l-istaġun b’suċċess

Imtella' 


source: https://www.tvm.com.mt/mt/news/iz-zeffiena-jean-claude-u-karina-micallef-jaghlqu-l-istagun-bsuccess/ 


Il-koppja ta’ żeffiena Jean Claude Dimech u Karina Micallef mill-iskola Jean Claude’s Je Danse għalqu l-istaġun kompettitiv fil-qasam taż-żfin Dancesport 2018/2019 b’riżultat tajjeb fi ħdan il-kompetizzjoni tal-Malta Islands Festival, li ġie fi tmiemu nhar il-Ħadd 27 ta’ Jannar ġewwa L-Valletta Campus Theatre (Ex MITP).

Bil-korjografija Ballroom ShowDance, huma ngħataw total ta 85 marka fost it-tifħir mill-ġudikatur Craig Bartley. Dan kien l-aħħar riżultat fost is-suċċessi miksuba riċenti hekk kif Dimech u Micallef ikkwalifikaw l-ewwel post fi Standard C Class u Latin Class rispettivament fil-Kompetizzjoni Low Cost f’ Argelato (BO) fil- 25 ta’ Novembru u t-tieni post fi Standard C Class u l-ewwel post Latin C Class fi ħdan il-Kompetizzjoni Low Cost Senigallia (AC) nhar is-16 ta’ Settembru 2018.









I BUILT MY SITE FOR FREE USING