Koppja Maltija tirbaħ kompetizzjoni taż-żfin ġewwa l-Italja
Source: https://www.tvm.com.mt/mt/sports/koppja-maltija-tirbah-kompetizzjoni-taz-zfin-gewwa-l-italja/
Żfin: Il-koppja Maltija Jean-Claude Dimech u Karina Micallef rebħu fl-kompetizzjoni taż-żfin ġewwa Ferrara, l-Italja li saret fi tmiem il-ġimgħa. Din il-kompetizzjoni bi stil Social kienet l-ewwel edizzjoni tat-tip tagħha fiċ-cirkwiet ta’ kompetizzjonijiet magħrufa bħala Trofei Low Cost. Fiha ħadu sehem madwar 260 koppja, minn tfal sa anzjani. Jean Claude u Karina, li ddebuttaw għall-ewwel darba fix-xena internazzjonali, ħadu sehem fis-sezzjoni 34/44 u ġew l-ewwel fil-kateogrija Klassi D fid-dixxiplini tal-Latin American u Standard (Ballroom) u i-tieni fil- kategorija Klassi C. Waqt din il-kompetizzjoni apparti li ntlaqgħqu tajjeb ingħataw rikonoxximent bħala koppja barranija. Għalihom din kienet esperjenza emozzjonanti tassew għax żifnu għal Malta waqt li l-koppji oħra rrappreżentaw reġjuni differenti tal-Italja. Jean Claude u Karina jagħmlu parti mill-Iskola taż-żfin Jean Claude’s Je Danse.